Emma u kantanti barranin illejla f’Ta’ Qali

Illejla Emma Muscat, il-kantanta Maltija li kisbet fama fl-Italja, se tkun qed tkanta live waqt il-festival Summer Daze f’Ta’ Qali.

Il-festival se jiftaħ il-bibien tiegħu fit-3pm u se jibqa’ sejjer sas-sigħat bikrin ta’ għada filgħodu.

Minbarra Emma se jkun hemm bosta mużiċisti u DJs ta’ fama internazzjonali inkluż il-kantanta Ingliża Rita Ora, u d-DJs Martin Garrix u Danny Howard.

Il-festival tal-lum huwa b’xejn u kull min jixtieq jattendi qed jiġi mitlub sabiex jaqta’ l-biljett tiegħu onlajn.