Illum eluf jingħaqdu mal-Papa f’ġurnata ta’ sawm u talb

Il-Papa Franġisku, il-ġimgħa li għaddiet talab biex illum, lejlet il-Festa tat-Twelid ta’ Marija, Omm il-Paċi, tkun ġurnata ta’ sawm u talb għall-paċi fis-Sirja, fil-Lvant Nofsani u fid-dinja kollha.

Il-Konferenza Episkopali Maltija sostniet li tajjeb li din it-talba tintlaqa’ wkoll mill-poplu Malti u Għawdxi.

L-Isqfijiet Maltin irrakkomandaw ukoll li t-talba tar-rużarju matul dawn il-ġranet tiġi offruta bl-istess intenzjoni u li fil-quddies tas-Sibt filgħaxija u l-Ħadd matul il-ġurnata tingħad talba tal-Fidili partikolari.

Sadanittant illejla fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Franġisku se jmexxi velja ta’ talb bejn is-7pm u nofsillejl. Din il-velja se tkun imxandra wkoll fuq Radju RTK, Radju Maria u anke permezz ta' live streaming fuq Newsbook.com.mt