Illum din il-kantanta tagħlaq 39 sena. Għaraftha?

Awguri lill-kantanta Nadine Axisa li llum qed tiċċelebra għeluq id-39 sena tagħha. Twieldet bħal-lum it-12 ta’ Awwissu tal-1981.

Nadine, li llum il-ġurnata hija miżżewġa lil Kevin Mercieca, bdiet tkanta fl-età ta’ seba’ snin. Fis-snin ta’ wara kienet tkanta bħala backing vocalist ma’ bosta artisti u mużiċisti fosthom John Bundy, Charles Muscat u Philip Vella.

Kien fl-1986 li Nadine bdiet tkanta bħala solista u rebħet il-festival Kliem u Mużika bil-kanzunetta Ma Ninsiek Qatt. Imbagħad bdiet tieħu sehem f’festivals bħal Kanzunetta Għall-Ewropa, L-Għanja tal-Poplu, il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija u l-Malta Euro Song fost oħrajn.

Nadine għandha ħafna għal qalbha il-mużika Jazz u ħarġet ukoll żewġ album, Velvet, kif ukoll Il-Ħoss tal-Għabex.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.