Illum data oriġinali

Illum il-Ħadd għandu data li hi mill-aktar oriġinali. Data li tista’ tinkiteb minn wara u xorta tinqara l-istess.

It-2 ta’ Frar meta jinkiteb f’numri jkun 02/02/2020. Jekk tikteb l-ewwel id-data tal-ġurnata, inkella l-ewwel tikteb ix-xahar, xorta jinqara l-istess. Pereżempju 02/02/2020 jinqara l-istess jekk tiktbu bil-quddiem jew b’lura. Dinil-kumbinazzjoni fin-numri hi tant mhux tas-soltu li mhux se jkun hemm oħra bħalha sakemm tasal il-ġurnata tat-12/12/2121.

Fatt ieħor mhux tas-soltu hu li llum jaħbat it-33 jum tas-sena meta jonqos 333 ġurnata mill-2020.