Chris Fearne se jwieġeb il-mistoqsijiet li bagħtu l-qarrejja

Read in English.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fi ftit sigħat oħra se jkun LIVE fuq Newsbook.com.mt iwieġeb l-għadd ta’ mistoqsijiet li dan is-sit irċieva mill-qarrejja fl-aħħar jiem.

Fearne li qed jaspira li jkun Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru fi ftit ġimgħat oħra, se jkun intervistat minn Fr Joe Borg waqt programm speċjali li se jixxandar fuq Newsbook.com.mt.

Għas-sejħa ta’ Newsbook kienu għadd ta’ membri tal-pubbliku li kkontribwew għal mijiet ta’ mistoqsijiet dwar diversi suġġetti li jinkludu governanza tajba u r-rispett lejn il-liġi.

Newsbook.com.mt se jkun LIVE fl-4pm.

Bħal-lum ġimgħa Newsbook.com.mt se jkun qed jintervista wkoll lil Dr Robert Abela, li wkoll qed jikkontesta għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista.