“Illum bi ftit kilos iżjed u bi ftit xagħar inqas” – Mark

Awguri lil kompożitur u mużiċist Mark Spiteri Lucas li llum qed jiċċelebra t-13-il anniversarju minn mindu żżewweġ lil Sharon. Huma għandhom ukoll tifla, Greta.

Mark, li huwa kunsillier fil-Belt Valletta, llum ħalla messaġġ lil martu fejn qal li “Tirrealizza kif jgħaddi ż-żmien u ma jistenna xejn. Għaddew 13-il sena. Qisu lbieraħ! Illum bi ftit kilos iżjed u bi ftit xagħar inqas (qed nitkellem fuqi sewwa) flimkien mal-mara tiegħi Sharon, niċċelebraw l-anniversarju taż-żwieg tagħna.”

Mark ħa l-opportunità biex jirringrazzja lil Sharon ta’ kollox, partikolarment għall-appoġġ tagħha filwaqt li ddikjara ppublikament imaħbbtu lejha.

“Għaddew 13… fadal iżjed biex inkomplu nwettqu l-ħolmiet… il-proġetti… fit-tajjeb u fil-ħażin,” temm jgħid hu.

Min-naħa tagħha, Sharon ukoll ħalliet messaġġ lil Mark fejn qaltlu li qisu lbieraħ li huma żżewwġu u qaltlu wkoll li tadurah, filwaqt li awguratlu għal dan il-jum speċjali.

Awguri lil Mark u lil Sharon.