Illum bdejna l-ġurnata bix-xita … u bil-qawsalla!

L-Uffiċċju Meteoroloġiku bassar tajjeb li llum se tagħmel ix-xita …

Qarrejja ta’ Newsbook malli waqfet tqattar ix-xita, u forsi meta kienu mwaħħla fit-traffiku, ħadu ritratt tal-qawsalla li dehret għal ftit malli ħarġet ftit xemx …

Nirringrazzjawhom talli ħatfu l-okkażjoni jfakkruna kemm hi sabiħa n-natura!

Jekk għandkom iktar ritratti ibagħtuhom fuq: info@newsbook.com.mt

Ritratti: Marlon Grima, Marija Helga Zammit u Monica Vella