Illum Anne Fenech se tgħid hux se tingħaqad mal-PN

Illum huwa mistenni li Anne Fenech tgħid hux se tkun qed tinvolvi ruħha fil-Partit Nazzjonalista jew le. Dan wara li iktar kmieni nħolqot paġna fuq Facebook biex tinkoraġixxi lil avukat Anne Fenech tinvolvi ruħha fil-Partit Nazzjonalista.

Il-bieraħ, fuq din l-istess paġna ġie ppublikat messaġġ li bgħatet l-avukat Fenech stess. Fit-tmiem tal-messaġġ Anne Fenech tgħid li hi beħsibha tgħid l-intenzjonijiet tagħha llum.

S’issa, din il-paġna għandha ‘l fuq minn 2000 ‘Like’.