Illiberati mill-akkuża ta’ sperġur

Tlett persuni ġew illiberat mill-akkuża ta’ sperġur wara li l-Qorti f’Għawdex iddeċidiet li x-xhieda tagħhom kienet irrilevanti għall-każ.
Il-Maġistrat Joe Mifsud irrimarka wkoll kif f’Għawdex hemm żieda fin-numru ta’ persuni li jiftħu każijiet ta’ din ix-xorta u enfasizza li l-Qorti mhix qegħda hemm biex persuna tnaddaf ir-reputazzjoni tagħha.
Il-każ kien jinvolvi raġel li kien qed jitlob kumpens mingħand tlett irġiel oħra għall-ġrieħi li ġarrab f’inċident li kien seħħ f’Awwissu tal-2001.
Matul il-każ kienu xehdu l-iben tar-raġel, bintu u żewġha.