Illiberat minn miżapproprjazzjoni ta’ flus ommu

Raġel ta’ 39 sena minn Ħ’Attard ġie illiberat mill-akkużi fil-konfront tiegħu, li mmiżapproprja flus li kienu ta’ ommu.
L-omm, illum mejta, kellha Lm7,000 (ekwivalenti għal €16,000) li kienet wirtet u tathom lil binha biex iżommhomlha sakemm tiġi bżonnhom.
Fir-rapport lill-Pulizija kien ingħad li l-omm talbet il-flus darbtejn lil binha li madankollu ma rritornahomx.
Il-Qorti ddeċidiet li ma kienx hemm provi li jissustanzjaw l-akkużi tal-omm. L-akkużat, fix-xhieda tiegħu, saħaq li l-omm kienet tibża’ minn ħuh li kien jgħix magħha u li kellu problemi ta’ logħob tal-ażżard.