Illiberat minn akkuża ta’ serq ta’ dawl

Sid ta’ restaurant ġie illiberat mill-akkuża li seraq €45,600 f'elettirku.
Is-sid ġie mixli fil-Qorti f'Settembru tal-2013, tmien snin wara li saret spezzjoni sorpriża mill-Enemalta. Huwa ġie mixli wkoll li sar reċediv.
Skont l-akkuża s-serq tal-elettriku seħħ bejn Lulju 2000 u Lulju 2005.
Fil-Qorti d-difiża argumentat li l-każ ġie preskritt peress li l-akkużi jistgħu jwasslu biex persuna tkun ikkundannata massimu ta' tliet snin ħabs. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-każ jiġi preskritt wara ħames snin. 
Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera innotat li l-Prosekuzzjoni pprovat il-każ tagħha. Madankollu l-Qorti laqgħet is-sottomissjonijiet tad-difiża li l-każ huwa preskritt u illiberat ir-raġel minn kull akkuża.