Illiberat minħabba xhieda bla saħħa

David Gatt ġie lliberat mill-akkużi kollha kontrih riżultat ta’ nuqqas ta’ xhieda b’saħħitha għall-prosekuzzjoni.
L-eks Spettur tal-Pulizija kien mixli li kien involut f’hold-up fuq ċentru tal-HSBC f’Ħal Qormi, u f’ċirku ta’ kriminalità organizzata.
Il-Pulizija ibbażat l-akkużi kontra Gatt fuq xhieda tal-kuntistabbli Mario Portelli.
Il-Maġistrat Micallef Trigona qal li x-xhieda ta’ Portelli ma setgħetx titwemmeni u kkonkluda li x-xhieda tiegħu ma kienetx ta’ min joqgħod fuqha.