Illiberat mill-akkuża li wettaq attentat vjolenti fuq mara

Il-Qorti ta’ Għawdex illiberat raġel mill-akkuża li fil-20 ta’ Mejju tal-2010 f’Marsalforn wettaq attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ mara u li offenda l-morali f’post pubbliku.
Dan meta wassal mara, li kienet fis-sakra minn Marsalforn sar-Rabat.
Ir-raġel kien akkużat ukoll li sar reċediv.
Il-Maġistrat Joe Mifsud irrimarka dwar id-dewmien biex każijiet bħal dawn jinstemgħu fi żmien raġonevoli.