Illiberat mill-akkuża li seraq minn dar 13-il sena ilu

Raġel ġie liberat minn akkużi ta’ serq minn dar fl-Iklin f’każ li jmur lura 13-il sena.

Ir-raġel ta’ 41 sena minn Tas-Sliema, iżda li joqgħod San Pawl il-Baħar, deher il-qorti llum, akkużat li seraq xi oġġetti minn dar fi Triq il-Wied fl-Iklin u li saq karozza mingħajr liċenzja. Huwa nħeles minn dawn l-akkużi meta l-qorti ma sabitux ħati tagħhom.

Fi Frar tal-2006, ir-raġel allegatament seraq minn dar flimkien mat-tfajla tiegħu. Huma ġew arrestati flimkien, iżda hi kienet inħelset mill-arrest filwaqt li ttieħdu passi kriminali kontrih. Meta saret tfittxija fuq iż-żewġ persuni, ma kien instab xejn misruq, u għalhekk, ir-raġel ġie liberat.