Illejla tista’ tagħmel differenza b’€5

Mument mill-maratona ta' Dak li Jgħodd tas-sena l-oħra

Għal sena oħra Claire Agius Ordway se tkun qed tagħmel edizzjoni speċjali tal-programm Dak Li Jgħodd li jixxandar nhar ta’ Tlieta fil-5pm fuq l-istazzjon One.

Dak li Jgħodd 5in1 hu programm speċjali għax f’temp ta’ siegħa waħda t-telespettaturi huma mħeġġa’ biex jagħmlu donazzjoni ta’ €5.

Il-linja għad-donazzjoni

Din is-sena se jkunu Dar Fra Diego u l-Creche tal-Ursolini li se jibbenefikaw mid-donazzjonijiet li se jkunu qed jidħlu waqt din it-trasmissjoni.

Happening on Tuesday 17th December. Kindly share and join us. We will be raising funds for kids🙂❤️ at Dar Fra Diego and the Crèche of the Ursuline Sisters. #kids #love #charity #fundraising #telethon #5inone

Posted by Dak li jghodd: Il-gwida ghall-genituri on Thursday, December 12, 2019

L-għan ta’ Claire Agius Ordway u t-tim tagħha ta’ Dak li Jħodd huwa li jinġabru fondi biex jgħinu lil Dar Fra Diegu jħallsu l-ispiża li hemm biex jitlestew il-flats ġodda għat-tfal li hemm bla dar.

Se tkun qed tingħata wkoll għajnuna lis-sorijiet tal-Ursolini u l-Creche fl-ispejjeż li għandhom biex ikopru l-ispiża nvoluta biex jitranġa s-saqaf li jinsab fi stat ħażin.

Bl-għajnuna tiegħek, din ix-xandira ta’ siegħa se tkun qed tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ ħafna tfal.