Illejla tingħata tislima lil Nicole fil-Barrakka ta’ Fuq

Wara li nhar il-Ħadd li għadda sar magħruf li ż-żagħżugħa ta’ 19-il sena Nicole Bezzina tilfet il-battalja tagħha mal-kanċer, illejla fis-6pm fil-Barrakka ta’ Fuq se tkun qed tingħata tislima lil din iż-żagħżugħa.

Nicole kienet fan kbir tal-grupp BTS kif ukoll kellha għal qalbha l-Puttinu Cares. Għalhekk illejla segwaċi oħra ta’ dan il-grupp illejla se jkunu mistennija jinġabru fil-Barrakka ta’ Fuq biex isellmu lil Nicole u fl-istess waqt jiġbru donazzjonijiet għal Puttinu.

Matul l-avveniment tal-lejla se jkunu qed jittajjru bżieżaq vjola.

Dawk li se jattendu huma mitluba biex ma jilbsux kuluri skuri. Preferibbilment qed jintalab biex jintlibsu t-shirtsbojod jew ikkuluriti.

Dwar id-donazzjonijiet, kulħadd jista’ jagħti kemm irid u min ma jistax jattendi jista’ jagħmel donazzjoni diretta lil Puttinu Cares.

Il-flus miġbura llejla mill-attivita fil-Barrakka ta’ Fuq se jitpoġġew f’envelopp vjola u jingħata lil persuna qrib Nicole biex tgħaddih lil Puttinu Cares.