Illejla tingħalaq parti mir-roundabout ta’ Ħal Luqa

IM

Illejla se tingħalaq parti mir-roundabout ta’ Ħal Luqa skont Infrastructure Malta.

Fuq Facebook, IM qalet li l-parti li se tingħalaq tinsab bejn Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Vjal l-Avjazzjoni, u Triq San Tumas. Din il-biċċa se tingħalaq illejla u għada mit-8pm sal-5am.

Se tkun qed tinbena korsija ġdida fir-roundabout.

Se jkun hemm tabelli fuq il-post li jindikaw rotta alternattiva minn Triq Dun Ġużepp Micallef.