Illejla tħallix affarijiet jiġru fil-gallarija!

Is-sit indipendenti tat-tbassir tat-temp First Malta, qed javża biex ħadd ma jħalli oġġetti fil-gallariji bħal pereżempju qsari. 
Dan minħabba li qed jiġi previst li f'xi ħinijiet ir-riħ ikun Forza 8, filwaqt li mistennija xita tal-ħamrija. 
Skont is-sit, it-temp se jkun simili għal dak ta' nhar il-Ħadd li għadda. 
Intant, skont l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta t-temp illejla mistenni jkun imsaħħab u bix-xita minn ħin għall-ieħor, possibiliment bir-ragħad u b'riħ ftit qawwi għal qawwi mil-Lvant ix-Xlokk. 
Ritratt: Santiago Soliver Diaz