Illejla tgħaddix minn Triq il-Labour fil-Marsa

Bejn is-7 tal-lejla u l-5 ta' għada filgħodu, Triq il-Labour fil-Marsa se tkun magħluqa għat-traffiku minħabba xi xogħlijiet.
Transport Malta qalet li t-triq se tkun aċċessibbli fil-ħinijiet l-oħra.
Is-sewwieqa huma mitluba jsegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali.
Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.