Illejla tgħaddix mill-Mosta

Bejn illejla u għada filgħodu, Transport Malta se tagħmel xogħlijiet fi Triq Ta’ Żejfa l-Mosta.
Transport Malta qalet li t-triq, fuq barra ta’ Żokrija, se tkun magħluqa għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet, bejn it-8pm tal-lejla, s’għada filgħodu.
Hija għarrfet li t-traffiku lejn il-Mosta ser jgħaddi minn Triq il-Kbira, filwaqt li t-traffiku lejn San Pawl il-Baħar ser jgħaddi minn Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.
Fl-istess stqarrija, Transport Malta qalet li ser jinbeda x-xogħol fi Triq il-Pwales San Pawl il-Baħar minn nhar it-Tnejn 9 t’April fis-7pm u jibqa’ għaddej lejl u nhar sas-Sibt 14 t’April.
It-traffiku minn San Pawl il-Baħar u l-Imġarr ser jgħaddi minn Triq il-Miżieb u l-Manikata. It-traffiku fi Triq il-Miżieb ser jgħaddi direzzjoni waħda lejn il-Mellieħa biss. Traffiku ġej mill-Mellieħa mhux se jkun affetwat.