Illejla ta’ Klassi Għalina jmorru lura fiż-żmien

Illejla fuq l-Istazzjon One se jintwera l-film Klassi Għalina and the History of the World, avventura ftit xejn barra mill-ordinarju għaliex il-klassi tas-Sur Xrieha se timbarkaw f’avventura matul iż-żminjiet, minn Adam u Eva sa Żmien l-Assedju ta’ Malta tal-1565. Il-ġrajja hija dik li l-Gran Mastru La Vallette jinsteraq u b’hekk l-istorja kif nafu aħna ġiet mibdula. Il-famuża Klassi 2b tispiċċa lura fiż-żmien sabiex jippruvaw isalvaw lill-Gran Mastru u b’hekk l-istorja terġa’ sseħħ kif nafuha aħna.

Mhux ser jonqsu postijiet u żminijiet oħra li ser ngħaddu minnhomfosthom Ruma tal-gladjaturi, żmien Romeo u Ġuljetta, it-Transilvanja tal-Konti Dracula fost l-oħrajn … tgħid jirnexxilhom ipoġġu lura l-istorja f’postha?

Tkunu tafu llejla fid-9.15pm