Illejla t-tieni live show ta’ X Factor

F’xandira diretta mill-MFCC f’Ta’ Qali, llejla fid-8.50pm fuq TVM se jitwassal it-tieni live show tat-tieni staġun ta’ X Factor Malta.

It-tema tal-lejla hija Guilty Pleasures u se nkunu qed naraw 10 finalisti jikkompetu bejniethom wara li l-ġimgħa l-oħra assistejna għal eliminazzjoni doppja hekk kif Ed u Paul Anthony spiċċaw barra mill-kompetizzjoni.

L-10 parteċipanti tal-lejla huma: Jasmine Abela, Kyle, Yazmin & James, Celine, Justine, F.A.I.T.H., Karl, Dav. Jr, Bloodline u Destiny. Il-pubbliku se jkun qed jivvota bl-għażliet tal-parteċipanti favoriti tiegħu.

Minn għada t-Tnejn permezz tal-paġna Facebook Newsbook Lifestyle se tibda kompetizzjoni oħra fejn se jintrebħu aktar biljetti għat-tielet live show ta’ bħal-lum ġimgħa.

Agħfas hawn biex tkun aġġornat.