Illejla t-tibda l-fażi taċ-Chair Challenge f’X Factor

Appuntament ieħor mal-programm X Factor illejla hekk kif tibda l-fażi taċ-Chair Challenge u se jkunu qed jipparteċipaw il-kantanti tfajliet.

Għal Ira Losco żgur mhux se tkun ħaġa faċli hekk kif illum naraw bosta parteċipanti jispiċċaw il-barra minn din il-kompetizzjoni.

Illejla t-talent se jkompli jispikka però ċertament l-emozzjonijiet se jiddominaw hekk kif se naraw il-parteċipanti jtertqu qalbhom sal-aħħar minuta hekk kif sitt biss minn dan il-grupp se jkunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-Judges Houses.

X Factor jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.