Il-Ħadd filgħaxija se tasal l-ewwel konsenja tal-Moderna – Fearne

Read in English.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li llejla se tasal l-ewwel konsenja tal-vaċċin Moderna, erbat ijiem wara li ġiet approvata mill-Aġenzija Ewropea għall-Medicini.

Meta kien qed jitkellem f’attività politika fil-Mellieħa, Fearne qal li Malta se tkun l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li se jirċievi l-ewwel konsenja tal-Moderna. Huwa qal li 85 fil-mija tal-pajjiżi fid-dinja għad m’għandhom l-vaċċin u allura ma bdewx ilaqqmu n-nies.

Fearne spjega li mill-vaċċini mixtrija mill-Moderna u Pfizer-BioNtech, il-pajjiż se jkollu tliet-kwarti ta’ miljun vaċċin u li se jippermetti d-dipartiment tas-saħħa biex ilaqqam lil kull min hu vulnerabbli sa Mejju u jilħaq l-‘Herd Immunity’ sal-bidu tas-sajf.

Huwa qal li propju din il-ġimgħa, ministru ewlieni ta’ pajjiż mill-Karibew talbu l-għajnuna biex jidħol għalihom mal-kumpanija Pfizer-BioNtech biex anki huma jirċievu l-vaċċin.

Fearne qal li Malta xxurtjata li f’din il-kriżi magħluqa mill-pandemija, kellha Gvern Xellugi mmexxija li ħa ħsieb kulħadd ma ħalliex lis-suq imexxi.

Il-Ministru għas-Saħħa qal li hu u l-Prim Ministru dejjem kien fuq l-istess paġna u li d-deċiżjonijiet jeħduhom flimkien.

Meta wasslet l-ewwel konsenja tal-vaċċin
Filmat: “Herd immunity sas-sajf” – Fearne

“Lil min qed jivvinta l-istejjer dwari u l-Prim Ministru, irid naqgħatlu l-għatx bil-perżuta, aħna tim wieħed u nitkellmu darba, darbtejn, tlieta kuljum qabel nieħdu d-deċiżjonijiet,” insista Fearne.