Illejla se ssir velja ta’ talb għal Emily

Permezz tal-paġna Social Channel fuq Facebook, illejla fit-8pm se tkun qed issir velja ta’ talb għaċ-ċkejkna Emily Gatt li bħalissa tinsab f’Londra wara intervent mediku li sarilha biex jitneħħielha tumur. Dakinhar it-tobba rnexxielhom ineħħu 95% minnu u jsalvawlha l-kilwa.

Għalkemm kien hemm ottimiżmu kbir li kollox kien qed jirnexxi b’wiċċ il-ġid, fl-aħħar sigħat omm it-tifla indikat li t-tifla kienet qed taqleb għall-agħar minħabba fi problema fil-pressjoni tad-demm.

Huwa għalhekk li permezz ta’ Social Channel qed isir appell biex apparti li kulħadd jixgħel xemgħa barra, kif ukoll ixerred dan l-appell biex illejla jingħaqdu fuq il-paġna tagħhom biex flimkien jitolbu għal din iċ-ċkejkna.