Awdjo: Illejla se ssir l-Via Crucis Nazzjonali fil-Furjana

Għas-17-il sena konsekuttiva, illejla se ssir l-Via Crucis Nazzjonali organizzata minn Radju RTK flimkien mas-Segretarjat tal-Arċidjoċesi. Fl-okkażżjoni tas-Sena tal-Fidi, se jinġarr il-Kurċifiss Mirakuluż li hemm meqjum fil-Knisja ta’ Giesu, fil-Belt Valletta.

Il-Via Crucis tibda minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fil-Furjana, li qed ifakkar il-mitt sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali.

Il-Via Crucis se tkun qed tixxandar live fuq Radju RTK u fuq Smash Television.