Illejla se jkompli x-xogħol fi Blata l-Bajda

Infrastructure Malta

Illejla se jitkompla x-xogħol fuq il-pont tal-mixi u r-roti fi Blata l-Bajda. Il-pont li se jkun twil 105 metri se jkun qed jgħaqqad il-Ħamrun, il-Marsa u l-Furjana.

F’post fuq Faceook Infrastructure Malta qalet li fejn huwa possibbli x-xogħol fejn jeħtieġ li jingħalqu t-toroq ewlenin isir bil-lejl sabiex jiġi evitat it-traffiku.

Infrastructure Malta qalet li llejla se tkun qed titpoġġa f’postha parti oħra minn dan il-pont. Huma rringrazzjaw lill-ħaddiema kollha għal dan l-impenn.