Illejla se jiġi inawgurat il-proġett tal-Baċir Nru 1

Tard illejla, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Ian Borg se jinawgura uffiċjalment il-proġett tal-Baċir Numru wieħed f’Bormla.
Il-proġett li jagħmel parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni fil-Kottonera, partikolarment fix-xatt ta’ Bormla, kien mżewwaq b’ħafna kontroversja. L-aktar, minħabba d-dewmien u l-inkonvenjenzi li nqalgħu għar-residenti tal-post.
Il-proġett f’Baċir Numru wieħed kien tnieda mill-Gvern preċendenti bl-għan li jkun hemm post rikreattiv f’żona li sa issa kienet mitluqa.
Fl-istess inħawi se tiġi stazzjonata l-għassa l-ġdida ta’ Bormla li tiġi tiswa mat-€300,000 bl-għajnuna tal-fondi Ewropej.
Parti mill-proġett tinkludi ukoll il-pont li jgħaqqad Bormla mal-Isla. Il-pont, magħmul minn struttura tal-ħadid hija twila 40 metru.
Minħabba l-inawgurazzjoni tal-proġett, Triq ix-Xatt f’Bormla se tkun magħluqa fil-ħin ta’ bejn il-5pm sad-9pm.
Għal dettalji dwar devjazzjonijiet tat-traffiku tista’ iżżur is-sit www.transport.gov.mt