​Ronaldo kontra Messi, fost il-logħbiet internazzjonali ta’ ħbiberija

Bla dubju, l-aktar logħba li ġibdet interess kienet dik bejn il-Portugall u l-Arġentina, li ntlagħabet fl-Old Trafford ta’ Manchester.
Il-logħba ta' Ronaldo u Messi li spi
ċċat f'rebħa għall-Argentina b'gowl ta' Raphael Guerreiro fid-90 minuta.
F'aktar logħbiet ta’ ħbiberija l-Awstralja ġew megħluba mill-Ġappun bl-iskor ta' 2-1, it-Tajlandja għelbu lin-New Zealand 2-0, iċ-Ċina u l-Ħonduras spiċċaw fi dro ta' mingħajr gowls u l-Iran għelbu lill-Korea t’Isfel bl-iskor ta' 1-0.
Is-Slovakkja rebħu lit-tim nazzjonali Finlandiż bl-iskor ta' 2-1, il-Belarus ghelbu lill-Messiku 3-2, il-Greċja tilfu kontra s-Serbja bl-iskor ta' 2-0, is-Slovenja tilfu kontra l-Kolumbja 1-0, l-Awstrija tilfu kontra l-Brażil 2-1, l-Estonja għelbu l-Ġurdan 1-0, l-Ukrajna ġew fi dro ta' mingħajr gowls kontra l-Litwanja u l-Ungerija tilfu kontra r-Russja bl-iskor ta' 2-1.
Aktar tard, l-Irlanda għelbu lill-Istati Uniti 4-1, l-Italja għelbu lill-Albanija 1-0, il-Polonja ġew miżmuma fi dro ta' 2-2 mill-Iżvizzera u Spanja tilfu kontra l-Ġermanja bl-iskor ta' 1-0.
Fl-aħħarnett Franza rebħu kontra l-Iżvezja 1-0 u l-Iskozja tilfu kontra l-Ingilterra bl-iskor ta' 3-1.