Filmat: L-isfida ta’ Emma f’Amici tispiċċa

Minkejja sfida wara l-oħra, il-kantanta Maltija Emma Muscat ma rnexxiliex takkwista post għall-finali ta' Amici.
​Dan wara ġimgħat twal ta' kompetizzjonijiet u sfidi li dejjem irnexxielha tgħeleb.
Il-finalisti għas-serale ta' Amici huma Irama, Lauren, Carmen u Einar.
X'kienu wħud mill-aqwa mumenti tagħha llejla?
Waqt is-semi finali, Emma kantat È la mia vita ta' Al Bano, li kienet l-aħħar kanzunetta tagħha f’Amici.

Emma kantat I Need Somebody 

Filmat: Dead Man Walking

Filmat: Will You Be There ta’ Michael Jackson

Aktar kmieni Emma kantant ukoll il-kanzunetta Let Her Go tal-kantant Passenger, fejn kienet qed tikkompeti kontra ż-żeffiena Lauren għal post fil-finali. Madanakollu ma rnexxiliex takwista dak il-post.

​Fit-tielet esibizzjoni tagħha, Emma kantant id-diska tal-kantanta Dua Lipa, IDGAF.

Fit-tieni esibizzjoni Emma kantat il-kanzunetta Love Me Like You Do, ta' Ellie Goulding. Wara din il-kanzunetta, l-għalliem tal-kant Rudi Zerbi ddeskriviha bħala kantanta perfetta. 

Fl-ewwel esibizzjoni tagħha, Emma kantat dwett mal-kantant Spanjol-Ġermaniż Alvaro Soler.

p.p1 {margin: 0.0px 0.0px 0.0px 0.0px; font: 13.0px Helvetica; color: #333333; -webkit-text-stroke: #333333; background-color: #ffffff}
span.s1 {font-kerning: none}