Illejla n-90’s Rock Special

Patrick Camilleri (The Creepers) u Daryl Ebejer (12th Ode) għaqqdu l-forzi għal serje ta’ kunċerti live li se jkunu qed jesponu l-aqwa tar-Rock minn żminijiet differenti, bl-ewwel kunċert ikun in 90’s Rock Special.
Il-wirja live se tinvolvi artisti u mużiċisti lokali li se jiħduna fis-snin disgħin.
Dawn se jkunu jinkludu membri minn bands bħal 12th Ode, Colourblind, Forsaken, Fuse Box, Planet Seed, Purple Haze, Scar, The Creepers u War Trigger.
Illejla se jkun hemm ukoll Kersten Graham, Lello Enejer u Gianni Zammit.
Jekk dan mhux biżżejjed, wara l-kunċert, Noel Mifsud se jkompli jagħti gost mużikali lil dawk preżenti b’iktar suċċessi mużikali.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt