Aġġornata bil-filmat: Jaslu Malta 115 immigrant irregolari

07:12am: Il-grupp kien magħmul minn 115 persuna – 102 raġel u 13-il mara.  Abbord ma jirriżultax li kien hemm tfal imma kien hemm raġel nieqes mid-dawl.

L-immigranti ddaħħlu fix-Xatt ta' HayWhatf f'Sa Maison fis-siegħa ta' dalgħodu.

Id-dingi tal-immigranti ġie interċettat mill-bastiment Leca Nord li hu rreġistrat fil-Beliże madwar 60 mil nawtiku fin-nofsinhar ta' Malta.

Fl-10.30 tal-bieraħ filgħodu l-Forzi Armati ta' Malta ħarġu għalihom bil-patrol boat P52 u waslu ħdejhom għall-ħabta tas-sagħtejn ta' waranofsinhar.

Jidher li fil-ħin tas-salvataġġ, il-baħar kien kemmxejn imqalleb hekk kif kien hemm madwar mewġ għoli żewġ metri.

Sa issa għadha mhix magħrufa n-nazzjonalità tagħhom.

 

Aktar kmieni: Grupp ta’ 112 immigrant irregolari wasal Malta kmieni dan il-lejl. Il-grupp inġieb Malta minn dgħajsa tal-AFM, f’operazzjoni li bdiet tard matul dan il-lejl.

Il-bieraħ filgħodu għall-ħabta tat-8:45am iddaħħal Malta grupp ieħor ta' 84 immigrant irregolari.  Dawn huma min-Niġerja, Somalja u Sirja.

 

Ritratti: Catherine Aquilina