Illejla: Meta r-rumanz Grammi nħadem f’serje televiżiva

Illejla fid-9pm, Stephanie Chircop se żżomm l-appuntament tagħha fuq l-istazzjon Net b’edizzjoni oħra tal-programm Teleserje, li kien inħadem mill-kumpanija DeeMedia.tv. Is-sensiela kienet ispirazzjoni mir-rumanz ononimu ta’ Gino Lombardi, b’kitba ta’ Karl Schembri u Joseph Galea, u direzzjoni ta’ Joseph Galea.

Dawn it-tlieta se jkunu l-mistiedna ta’ Stephanie matul il-programm tal-lejla, fejn se jkunu qed jitkellmu dwar dak li kien iseħħ minn wara ‘l kwinti ta’ din is-sensiela.

F’din il-produzzjoni kienu taw sehemhom Anthony Ellul, Triccas, Carlos Farrugia, Rita Camilleri, Jade Cini, Domnic Said, Larissa Bonaci, Tyrone Grima, Frank Tanti, Doris Bonello, Gilbert Formosa u Matthew Dimech Genius fost oħrajn.