Illejla Leli se jipprova jinnegozja ma’ Sina f’Iż-Żagħka

L-istorja ta’ Iż-Żagħka qed teħodna fil-ħamsinijiet, fejn b’rabtiet mad-dar ta’ Bianca, qed insiru nafu x’ħajja kellhom in-nisa fl-uniku kenn li sabu.

Fil-parti hekk imsejħa ġdida tad-dar, iltqajna ma’ Sina, parti interpretata mill-attriċi Stefania Attard Vella, il-mara tqila li qed tesperjenza kumplikazzjonijiet fit-tqala. Sina u Bianca saru ħbieb, u issa Bianca trid tgħin akkost ta’ kollox, biex Sina u ommha jerġgħu jiltaqgħu.

Dalwaqt nibdew niltaqgħu aktar ta’ Spiss ma’ Angela, omm Sina, parti maħduma mill-attriċi Vivienne Caruana li se tkun qed taħdem qatiegħ biex ma jsir xejn ta’ dannu għal bintha u t-tarbija li qed tistenna.

S’issa lkoll nafu li dawk in-nisa li joħorġu tqal fid-dar, ir-regolamenti huma li t-tarbija tagħhom tittieħed u ħadd ma jkun jaf x’isir minnhom.

Xi proposta se jagħmel Leli lil Sina llejla?

Fil-parti moderna tal-istorja, llejla se jmut xi ħadd.

Desier u Melanie, il-producers ta’ Iż-Żagħka

It-tim ta’ Iż-Żagħka jkompli jikber u dalwaqt se tkun qed tinagħqad magħhom personalita’ oħra….

Iż-Żagħka jkompli llejla fid-8.45pm fuq l-istazzjon Net.