Illejla la bil-karozza u lanqas b’tal-linja

Bħala parti mix-xogħlijiet estensivi li għaddejjin fi Triq Manwel Dimech u l-junction f’Ħal Qormi, dal-lejl se jitkompla x-xogħol t’asfaltar f’dawn l-inħawi.
Transport Malta (TM) avżat li t-triq se tingħalaq kompletament għat-traffiku inkluż għat-trasport pubbliku bejn it-8pm u l-5.30am.
Il-pubbliku huwa mitlub jevita din iż-żona u jgħaddi minn toroq alternattivi. 
Uffiċjali se jkunu fuq il-post biex jgħinu fl-immaniġġjar tat-traffiku.