​Illejla l-wisq mistenni derby ta’ Manchester

Illejla f’Manchester fl-Ingilterra jkollna d-derby wisq mistenni bejn Manchester United u Manchester City.
Manchester United qegħdin 18-il punt wara l-liders Chelsea u m’għandom l-ebda cans għar-rebħ tal-kampjonat.
Għaldaqstant se jagħmlu minn kollox biex itellfu dan iċ-ċans lil Manchester City li qegħdin fit-tielet post b’sitt punti wara Chelsea.
Manchester United ġejjin minn rebħa ta’ 2-0 f’Upton Park, fejn Wayne Rooney skurjaw wieħed mill-isbaħ gowls tal-istaġun b’distanza ta’ aktar minn 50 metru.
Il-kowċ tal-United David Moyes qal li għal kull rebħa tieħu tliet punti pero rebħa ma’ tim kbir fiha valur miżjud.
Manchester City se jkunu mingħajr l-istriker Argentin Sergio Aguero li hu mweġġa’ u lil Vincent Kompany li hu sospiż.
City ma qalgħux gowls f’dawn l-aħħar tliet logħbiet u għandhom 76 gowl li jfisser sitt gowls inqas minn Liverpool.
F’aktar partiti li hemm illejla mill-Premier Ingliż, Arsenal jilagħbu kontra Swansea City u Newcastle jilagħbu kontra Everton.
Intant għada West Ham jilqgħu f’darhom lil Hull City u Liverpool jilqgħu f’darhom lil Sunderland.