Illejla l-qamar se jkun kwinta, eqreb u mdawwal iktar

Ilejla għall-ħabta tas-8.09pm il-qamar se jkun kwinta u se jkun l-iktar darba viċin tad-dinja f’dawn l-aħħar 20 sena. Għal dawk kollha li tinteressahom l-astronomija, illejla se jkun ideali għaliex il-qamar se jidher 14% ikbar mis-soltu filwaqt li d-dija tiegħu se tkun 30% iktar qawwija.
Il-qamar kwinta ta’ llejla se jkun it-tieni wieħed għal dan is-Sajf iżda qatt ma kien daqstant viċin tad-dinja. Wara llejla, il-qamar kwinta li jmiss se jkun fid-9 ta’ Settembru li ġej.