Illejla l-Pulizija jsalvaw tarbija f’Iż-Żagħka

Għalkemm wara l-edizzjoni speċjali tal-ġimgħa l-oħra, kien hemm uħud li ħasbu li s-sensiela Iż-Żagħka waslet fit-tmiemha, dan mhux minnu. Illejlafil-fatt l-istazzjon Net se jkun qed iwassal puntata oħra minn din id-drama b’kitba ta’ Desier Debono. 

L-episodju tal-lum, se jeħodna pass oltre fl-istorja, hekk kif Catherine Bonello se tiltaqa’ ma’ sorpriża sabiħa. 

Il-Kummissarju tal-Pulizija jagħmel żjara mhux tas-soltu għand l-Ispettur Antida Fleri. X’inhu l-iskop ta’ din il-laqgħa? 

James, missier Lara jerġa’ mill-ġdid jiltaqa’ ma’ Joshua, l-għarus tagħha u din id-darba jistiednu f’daru. X’jiġri?

Lura fl-1954 Angela u Sina, wiċċ imb’wiċċ mal-Ispettur Edgar Debono u Angela b’azzjoni biex twaqqaf milli jispiċċaw fis-saram. 

Iż-Żagħka jixxandar illejla fid-8.45pm fuq Net.