Illejla l-poloz taċ-Champions League

Wara li lbieraħ ġew determinati il-ħames timijiet li għaddew mill-preliminari taċ-Champions League, illejla fis-5:45pm se jittelgħu l-poloz tal-fażi li jmiss.
Se jkunu 32 tim maqsumin f’erba’ pots, skont il-prestazzjoni ta’ dawn it-timijiet f’dawn l-aħħar ħames staġuni u skont is-saħħa tal-kampjonat tal-pajjiżi rispettivi.
Pot 1:
Real Madrid, Barcelona, Bayern München, Chelsea, Benfica, Atletico Madrid, Arsenal u Porto.

Pot 2:
Schalke, Borussia Dortmund, Juventus, Paris Saint Germain, Shaktar Donetsk, FC Basel, Zenit St Petersburg u Manchester City.
Pot 3:
Bayer Leverkusen, Olympiakos, CSKA Moscow, Ajax, Liverpool, Sporting Lisboa, Galatasaray u Atletic Bilbao.
Pot 4:
Anderlecht, Roma, Ludogorets, APOEL Nicosia, BATE Borisov, Maribor, Monaco u Malmo.
Dawn it-timijiet iridu jitellgħu fi tmien poloz sabiex jiffurmaw tmien gruppi ta’ erba’ timijiet il-wieħed.
Waqt kull polza jittella’ tim minn kull pot fejn l-ewwel wieħed jittella’ minn pot 1 u l-aħħar wieħed minn pot 4.