Illejla l-MPs lura għas-siġġijiet tal-Parlament

Wara l-waqfa għall-festi, illejla l-Membri Parlamentari se jerġgħu jsibu posthom fuq is-siġġijiet tal-Parlament. L-aħħar seduta Parlamentari kienet fis-17 ta’ Diċembru.
Illum mistennija tissokta d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tal-abbozz ta’ liġi dwar stili ta’ ħajja sana biex titnaqqas l-obeżità.
Din il-ġmgħa mistennija jiġu diskussi wkoll l-abbozz ta’ liġi dwar vittmi tal-kriminalità u l-abbozz ta’ liġi dwar il-professjoni tal-counselling.
Nhar l-Erbgħa se jiltaqgħu żewġ kumitati permanenti.  Fis-1pm se jiltaqa’ l-Kumitat dwar il-Privileġġi li se jkun qed jisma’ l-każ ta’ ksur ta’ privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru f’Settembru 2013 fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Dan dwar il-każ tal-eks Kummissarju Ewropew John Dalli.
Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa’ fis-6.30pm u se jittratta r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar ix-xiri taż-żejt tal-Enemalta.