Illejla l-ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth

Malta flimkien mas-70 pajjiż ieħor li jagħmlu parti mill-Commonwealth, se jiftħu l-20 edizzjont tal-Logħob tal-Commonwealth.
Iċ-ċerimonja tal-ftuħ se ssir f’Celtic Park fi Glasgow fl-Iskozja, bil-preżenza tar-Reġina Eliżabetta II u quddiem madwar 40,000 spettatur.
L-Atleta Kevin Arthur Moore se jkun qed iġorr il-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ.
Malta se tkun rappreżentata minn 27 atleta minn 9 dixxiplini differenti kif ġej:
Diane Borg, Rebecca Camilleri, Rachel Fitz, Sare’ Rebecca u Kevin Arthur Moore fl-Atletika
Kirtsy Caruana, Peppina Dalli u Adreana Zammit fil-Ġinnastika
Isaac Bezzina, Jeremy Saywel u Marcon Bezzina fil-Judo
Carmela Spiteri, Leonard Callus u John Parnis fil-Lawn Bowls
Eleonor Bezzina, William Chetcuti, Nathan Xuereb u Brian Galea fl-Isparar
Kimberly Borg Cauchi, Colette Sultana, Bradley Hindle u Daniel Zammit Lewis fl-Isquash
Danica Spiteri u Keith Galea fit-Triathlon
Jessica Edge fil-Weightlifting
Adam Vella u David Galea fir-Wrestling.
Il-kontinġent Malti huwa mmexxi mill-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello, flimkien mas-Segretarju Ġenerali Joe Cassar, Mark Cutajar u William Beck.