Illejla l-finali tat-43 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Ritratt: Joseph Agius Attard

It-43 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu se tittella’ llejla ġewwa Pjazza Teatru Rjal u se tkun qed tixxandar ukoll dirett fuq TVM 2 mit-8.15pm ‘il quddiem.

Il-festival ikollu ripetizzjoni fuq TVM 2 għada l-Ħadd, 1 ta’ Settembru fil-5.15pm.

Corazòn Mizzi se tkun qed tmexxi din is-serata, li apparti li se jkollha l-fażi kompetittiva, se tkun qed tonora wkoll żewġ artisti Maltin, lil Hooligan u lil Mike Spiteri. Mistiedna wkoll tas-serata hemm Michela Galea, li rebħet l-edizzjoni tas-sena l-oħra Mhux Kulma Jleqq.

Ritratt: Joseph Agius Attard

Il-kanzunetti finalisti huma:

Fil-Klassi – Ishmael Grech (Mark Cachia)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019: Ishmael Grech

Jekk Tafx Min Jien – Nedved Galea (Dorian Psaila, Kaya Priscilla Giordano Psaila)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Nedved Galea

Bejn L-Erba’ Ħitan – Kayley Cuschieri (Alexander Ellul, Mark Spiteri Lucas)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Kayley Cuschieri

Id-Ditta Tal-Ġlekk – Joseph Refalo (Pamela Bezzina, Alexander Debono)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Joseph Refalo

Ħallini Nħobbok – Jade Vella (Fleur Balzan, Paul Giordimaina)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Jade Vella

Għadu Mhux il-Waqt – Janice Mangion (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 201 – Janice Mangion

Din Għalik – Francesca Zammit (Francesca Zammit u Julie Pomorski, Francesca Zammit)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Francesca Zammit

Pjazza Ġdida – Mark Cachia (Mark Cachia)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Mark Cachia

Misraħ Ġawhra – Dorcas (Joe Julian Farrugia, Dorcas)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Dorcas

Fil-Ħoġor tat-Tieqa – Ruth Portelli (Ruth Portelli, Mark Spiteri Lucas)

    AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Ruth Portelli

Mhux Li Kien – Justine Bezzina (Joe Julian Farrugia, Glen Vella)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Justine Bezzina

Dawl Għajnejja – Fabrizio Faniello (Emil Calleja Bayliss, Cyprian Cassar u Fabrizio Faniello)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Fabrizio Faniello

Tfewwaħ – Cherylis  (Cherylis)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Cherylis

Minn Kajfas Għal Għand Pilatu – Rachel Lowell (Rachel Lowell)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Rachel Lowell

Vuċijiet – Maria Spiteri (Maria Spiteri)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Maria Spiteri

Il-Verita’ – Philip Vella (Philip Vella)

AQRA: Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Philip Vella

Il-kantanti huma akkumpanjata mill-Malta Concert Orchestra b’arranġament mużikali ta’ Mro Joe Brown, li jidderieġi wkoll l-orkestra.

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti.