Illejla l-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2020

Mark Azzopardi u Emma Cutajar illejla se jkunu qed jippreżentaw il-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2020 li se jkun f’xandira diretta fuq l-istazzjon Net mit-8.30pm ‘il quddiem.

B’kollox hemm 20 kanzunetta jipparteċipaw. Il-festival m’għandu l-ebda tema partikolari iżda kull kartolina għandha sport abbinat magħha bl-atleti fl-isport li se jkunu qed jgħaddu messaġġi dwar kampanja nazzjonali #sportforlife – lets beat obesity together

Bi sħab mal-organizzatturi tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza għal din il-kampanja hemm l-Assoċjazzjonijiet Sportivi. Atleti ewlenin mill-isport f’Malta se jkunu qed jidhru f’dawn il-kartolini, 40 b’kollox, imqassma 20 kull serata u huma abbinati mal-kantanti fis-serata tal-Junior u f’dik tal-Kbar bla distinzjoni.

Kollha se jidhru lebsin t-shirt identiku bl-istess kitba fuqu. B’hekk huma se jkunu qed imexxu messaġġi dwar il-kampanja nazzjonali relatata mal-valuri fl-isport b’aċċenn fuq il-ġlieda kontra l-obeżità f’pajjiżna.

Il-Finali tal-Konkorsi Kanzunetta Indipendenza 2020

Il-Finali tal-Konkorsi Kanzunetta Indipendenza 2020, il-Ġimgħa 18 u s-Sibt 19 ta’ Settembru fit-20:45 𝑳𝑰𝑽𝑬 fuq NET Television.

Posted by NET Television on Tuesday, September 15, 2020

Dawn huma l-kanzunetti u l-kantanti fis-serata tal-lejla, kif ukoll in-numru tat-televoting abbinat ma’ kull kanzunetta:

  • Kantanta:- Martina Cutajar

Kanzunetta:- Armonija

Awtur:- Emil Calleja Bayliss

Kompożitur:- Aldo Spiteri

Televoting:- 52302031

  • Kantanta:- Martina Schembri

Kanzunetta:- Dinja Oħra

Awtur:- Emil Calleja Bayliss

Kompożitur:- Andrew Zammit

Televoting:- 52302032

  • Kantanta:- Luana Schembri

Kanzunetta:- Għażiż Pittur

Awtriċi:- Rita Pace

Kompożitur:- Mark Spiteri Lucas

Televoting:- 52302033

  • Kantanta:- Danizya Camilleri

Kanzunetta:- Ħerba

Awtriċi:- Rita Pace

Kompożitur:- Marco Debono

Televoting:- 52302034

  • Kantanta:- Eksenia Sammut

Kanzunetta:- Il-Ballata Tal-Art Maltija

Awtur:- Paul Ellul

Kompożitur:- Philip Vella

Televoting:- 52302035

  • Kantant:- Tristan Micallef

Kanzunetta:- Illum Jgħidulek

Awtur:- Paul Ellul

Kompożitur:- Dominic Cini

Televoting:- 52302036

  • Kantanta:- Krista Sujak

Kanzunetta:- Kebbist

Awtur:- Wmil Calleja Bayliss

Kompożitur:- Philip Vella

Televoting:- 52302037

  • Kantant:- Dean Pace

Kanzunetta:- Kieku Taf

Awtriċi:- Rita Pace

Kompożitur:- Aldo Spiteri

Televoting:- 52302038

  • Kantanta:- Noelka Schembri Gatt

Kanzunetta:- Kliem u Mużika

Awtriċi:- Rita Pace

Kompożitriċi:- Rita Pace

Televoting:- 52302039

  • Kantanta:- Shiraya Busuttil

Kanzunetta:- L-Omm Li Ma Rajt Qatt

Awtriċi:- Rita Pace

Kompożitur:- Marco Debono

Televoting:- 52302040

  • Kantanta:- Shania Cauchi

Kanzunetta:- Mużika u Emozzjoni

Awtur:- Ġiovanni Attard

Kompożitur:- Ġiovann Attard

Televoting:- 52302041

  • Kantanta:- Rihanna Marie Caruana

Kanzunetta:- Nixtieq

Awtriċi:- Rita Pace

Kompożitur:- Marco Debono

Televoting:- 52302042

  • Kantanta:- Kylie Ann Cassar

Kanzunetta:- Qawsalla

Awtriċi:- Natasha Turner

Kompożitur:- Geo Debono

Televoting:- 52302043

  • Kantanta:- Laura Borg

Kanzunetta:- Snajjiet Li Llum Biss Ħolma

Awtur:- Etienne Micallef

Kompożitriċi:- Eliana Gomez Blanco

Televoting:- 52302044

  • Kantanta:- Eve Tabone

Kanzunetta:- Stennew Ftit

Awtur:- Emil Calleja Bayliss

Kompożitur:- Mark Spiteri Lucas

Televoting:- 52302045

  • Kantant:- Mychael Bartolo Chircop

Kanzunetta:- Tagħna l-Ġejjieni

Awtriċi:- Rita Pace

Kompożitirċi:- ‘Kaya’ Priscilla Psaila

Televoting:- 52302046

  • Kantanta:- Marija Djinovic

Kanzunetta:- M’hemmx Kiem   

Awtur:- Emil Calleja Bayliss

Kompożituri:- Mark Spiteri Lucas

Televoting:- 52302047

  • Kantanta:- Kelsy Attard

Kanzunetta:-Tfajla Li Jien

Awtriċi:- Rita Pace

Kompożitur:- Mark Cachia

Televoting:- 52302048

  • Kantanti:- Rihana & Katryna

Kanzunetta:-Tfixkluniex Tħawduniex

Awtur:- Emil Calleja Bayliss

Kompożitirċi:- ‘Kaya’ Priscilla Psaila

Televoting:- 52302049

  • Kantanta:- Kayleen Mercieca

Kanzunetta:-Żarbuna Waħda   

Awtriċi:- Rita Pace

Kompożitur:- Marco Debono

Televoting:- 52302050