Illejla l-finali ta’ Sanremo Giovani

Ritratt: Uffiċju stampa Rai

Wara bosta sfida li stajna nsegwu waqt il-programm Italia Si, illejla fuq l-istazzjon Rai Uno, li se jkun f’xandira diretta, se nassistu għall-finali ta’ Sanremo Giovani.

Amadeus, li huwa d-direttur artistiku tas-70 edizzjoni ta’ Sanremo li se jsir fi Frar li ġej, se jkun qed imexxi s-serata tal-lejla fejn se naraw 10 kantanti ġodda li se jkunu qed jieħdu sehem f’ħames sfidi li minnhom se jinħarġu l-ħamsa li se jgħaddu għall-fażi ta’ Nuove Proposte.

L-10 artisti li se jieħdu sehem illejla huma Thomas (Ne 80), Fadi (Due noi), Fasma (Per sentirmi vivo), Leo Gassman (Va bene così), Marco Sentieri (Billy Blu), Avincola (Un rider), gli Eugenio in Via Di Gioia (Tsunami), Jefeo (Un, due, tre stella), i Réclame (Il viaggio di ritorno) u Shari (Stella). 

Biex jiġġudikaw lil dawn l-artisti żgħażagħ insibu lil Pippo Baudo, Piero Chiambretti, Antonella Clerici, Carlo Conti u Gigi D’Alessio, li se jkun qed jieħu post Paolo Bonolis li oriġinarjament kien mistenni li jkun jifforma parti mill-ġurija. 

Is-serata finali ta’ Sanremo Giovani se tkun qed tixxandar fuq Rai Uno mid-9.25pm il quddiem.