Aġġornata: ‘Christmas by the Dock’ posposta għall-Ħadd li ġej

Aġġornata: Minħabba l-maltemp, l-attività Christmas by the Dock li kellha ssir illum f'Baċir nru 1, ġiet posposta għall-Ħadd li ġej, 27 ta' Diċembru.  Il-ħin se jibqa' l-istess.

Għat-tielet sena llejla se terġa tittella’ l-attività Christmas by the Dock f’Bormla, attività li tinkludi diversi attrazzjonijet.
L-attività tibda fis-6pm u tibqa’ sejra sa tard bil-lejl.
Fost l-attrazzjonijiet se jkun hemm wirja ta’ presepji u bambini u platti bil-melħ bit-tema tal-Milied.
Se jkun hemm ukoll numru ta’ korijiet li se jkantaw kanzunetti u innijiet tal-Milied u għadd ta’ kantanti stabbiliti u żeffiena.
Bla dubju se jkun hemm stands tal-ikel u x-xorb, marbut mal-Milied u anke attivitajiet għat-tfal.
Apparti minn hekk il-baċir numru wieħed se jkun mixgħul bix-xemgħat biex jgħin lil dak li jkun jidħol aktar fl-ispirtu tal-Milied.
 
 Ritratt: Silvio Caruana