Illejla l-aħħar Bootcamp f’X Factor

Il-kompetizzjoni televiżiva X Factor tkompli llejla fuq TVM.

Wara li l-ġimgħa l-oħra rajna dak li ġara fl-ewwel jumejn fil-fażi tal-Bootcamp illejla se naraw il-gruppi li ġew magħquda jagħtu l-wirjiet tagħhom quddiem il-ġurija. Ovvjament mhux se jonqsu l-emozzjonijiet hekk kif naraw min huma dawk li se jgħaddu għall-fażi li jmiss waqt li oħrajn jieqaf il-vjaġġ f’dan il-programm.

Ma jonqosx it-talent hekk kif naraw naraw x’se jkunu qed joffru dawn il-kantanti parteċipanti meta jingħaqdu ma’ vuċijiet oħra.

Illejla se naraw ukoll bosta kantanti oħra jagħtu mill-ġdid wirja oħra quddiem il-ġurija.

B’hekk illejla naraw min huma dawk li se jkunu qed iwasslu sal-fażi taċ-Chair Challenge li mbagħad twassal għall-fażi tal-Judges Houses.

Fl-edizzjoni tal-lejla se naraw ukoll liema kategoriji se jkollhom l-erba’ membri tal-ġurija Howard Keith Debono, Ira Losco, Ray Mercieca u Alexandra Alden.

Il-programm jixxandar bħas-soltu mid-8.50pm ‘il quddiem.