Illejla: Kurżitajiet dwar id-drama televiżiva Riħ Isfel

Illejla fuq l-istazzjon Net imiss li jixxandar it-tmien programm mis-sensiela Teleserje, fejn ta’ kull ġimgħa Stephanie Chircop qed tilqa’ fl-istudjo personalitajiet li kellhom x’jaqsmu ma’ xi sensiela ta’ drama li xxandret fuq dan l-istazzjon matul is-snin.

Il-programm jixxandar fid-9pm u llejla se jkun imiss is-sensiela Riħ Isfel, li bħalissa qed tixxandar ukoll kuljum fil-ħin ta’ wara nofsinhar.

Il-ġrajja hi bbażata fuq ir-rumanz li jġib l-istess isem tal-awtur Pierre J. Mejlak u ma’ Stephanie Chircop illejla se jingħaqdu l-atturi Simone DeBattista, Joe Borg u Andrew Borg Carbott.

Bħas-soltu waqt dan il-programm mhux se jonqsu li jitwasslu filmati partikolari minn din is-sensiela, waqt li l-atturi jiftakru mumenti ħelwin u jġeddu l-memorji ta’ sitwazzjonijiet li seħħ minn wara ‘l kwinti ta’ din il-produzzjoni ta’ 26th Frame.

AQRA: Riħ Isfel ta’ Pierre J. Mejlak mil-lum fuq it-TV