Illejla: Kurżitajiet dwar id-drama Rubini

Illum imiss programm ieħor mis-sensiela Teleserje li Stephanie Chircop qed tippreżenta kull nhar ta’ Tlieta fuq l-istazzjon Net.

Il-programm jixxandar fil-ħin tad-9pm u llejla se jkun qed jiffoka fuq sensiela li kienet kisbet suċċess meta xxandret l-ewwel darba, Rubini, miktuba minn Sharon Calleja, li llum il-ġurnata stabilixxiet ruħha bħala awtriċi ta’ bosta kotba bħal Cagħaq, Friefet u Pupa tal-Porċellana.

AQRA: Rubini: Minn drama televiżiva għal rumanz pubblikat?

Fl-edizzjoni tal-lejla ta’ dan il-programm, Chircop se tkun qed tilqa’ fl-istudjo lill-awtriċi nfisha, Sharon Calleja kif ukoll tnejn mill-atturi li taw sehemhom f’din id-drama Maltija, Dorian Micallef u Gwido Fenech.

Sahron Calleja u Andrei Grech

Għalfejn kienu qegħdin jinstemgħu ħsejjes strambi u jidhru d-dellijiet f’Villa Zammit? Samantha teħodna fil-passat tagħha biex naraw minn xiex għaddiet li wassal għal dawn l-avvenimenti sopranaturali. X’sigriet hemm mistur fil-ġizirana sabiħa tar-rubini li Robbie taha fil-lejl ta’ għeluq sninha? Tgħid bejnha u bejnu hemm xi ħaġa iktar minn ħbiberija? X’qegħda tissuspetta Paola? Min huma Karl u Owen? X’rabta hemm bejnhom u bejn John Demanuele? U min kienu dawk tal-gang ta’ Jurgen ix-xafra?

Din kienet il-bażi tal-istorja ta’ Rubini u llejla se jintwerew bosta siltiet minn din id-drama filwaqt li jitwasslu bosta kurżitajiet mill-mistiedna fl-istudjo.