L-edizzjoni li jmiss tal-programm Min Imissu? se tixxandar illejla fuq l-istazzjon One fil-ħin tat-8.30pm.
Wara li fil-ġimgħat li għaddew rajna personalitajiet bħal Mark Mifsud, il-koppja Joe Farrugia “Id-Dulli”, u Xandru Grech, illejla se naraw lil Soraya Queen li se tilqa’ l-isfida biex tkun fil-programm.
Minn jaf x’hemm lesta għal din il-personalità li bħalissa qed narawha wkoll bħala attriċi fis-sensiela popolari ta’ Division 7?
Minn dak li sirna nafu, Soraya se tkun qed tniedi kunċett ġdid għal Malta, spin-off tal-programm X Factor. Dan fuq idea ta’ wieħed mill-karattri tal-programm, il-Lajf.
F’hix se jikkonsisti eżatt?
Nistennew sal-lejla beix niskopru aktar!