Illejla jitfakkar Lucio Dalla

Wara s-suċċess tal-ewwel programm ta’ Una Storia da Cantare li kien dedikat lill-kantawtur Fabrizio De Andrè, illejla Rai Uno se jkun qed iwassal it-tieni minn tlett programmi speċjali li din id-darba se jkun dedikat lill-kantawtur Lucio Dalla.

Enrico Ruggeri u Bianca Guaccero se jkunu qed imexxu dan il-programm li se jiċċelebra l-ħajja u l-karriera ta’ Dalla. Għaldaqstant il-mużika mhux se tonqos u nistennew fost oħrajn li jitwasslu siltiet bħal Caruso u Attenti al Lupo.

Fost l-artisti li se jkunu mistiedna llejla nsibu Renzo Arbore, Gigi Proietti, Stadio, Patty Pravo, Nina Zilli, Il Volo, Irene Grandi, Ghemon, i Tiromancino, Francesco Gabbani, Noemi, Fabrizio Moro, Serena Rossi u Stefano Fresi.

Se jsir ukoll kollegament minn Bologno minn fejn se jagħmlu l-interventi tagħhom Ron u Gigi D’Alessio.

Una Storia da Cantare jixxandar illejla fuq Rai Uno mid-9.25pm ‘il quddiem.